14.7.15

DJAR TAL-ANZJANI – SELF TA’ KOTBA.





17346. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-servizz ta’ self ta’ kotba mil-libreriji pubbliċi huwiex se jiġi estiż għad-djar tal-anzjani?

23/06/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li sa issa m'hemm ebda pjan biex jinfetħu libreriji fid-djar tal-anzjani.

Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li s-servizz ta’ self ta’ kotba mil-libreriji pubbliċi huwa miftuħ għal kulħadd anki l-anzjani, mil-lokalitajiet elenkati fi Skeda A tal-Att dwar il-Libreriji Maltin. Barra minn hekk jiġi offrut servizz ta’ kotba fuq cassettes li jitqassmu bil-posta bla ħlas għal dawk il-persuni li ma jistgħux joħorġu minn darhom.

Seduta  289
14/07/2015

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...