9.7.15

IR-RABAT MALTA – KATAKOMBI TA’ SAN PAWL - VIŻITATURI.





17156. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ħalsu biex daħlu jaraw il-Katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat Malta tul is-sena 2014 u jista’ jindika jekk kienx hemm żjarat minn tfal tal-iskola u jekk iva, kemm kien hemm żjarat? Kemm kien hemm żjarat minn skejjel primarji u kemm minn skejjel sekondarji?

16/06/2015

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li fl-2014 kien hemm 50,575 persuna li żaru l-Katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat Malta bi ħlas, kif inhu elenkat fir-Rapport Annwali 2014 ta’ Heritage Malta li jinsab fis-sit elettroniku ta’ Heritage Malta www.heritagemalta.org.

Matul l-istess sena kien hemm 54 żjara organizzata minn tfal tal-iskola. B’kollox attendew 908 student tal-iskejjel primarji u 147 oħra minn skejjel sekondarji.

Seduta  286
08/07/2015

No comments:

ITTRI MID-DEŻERT

1. Mhux faċli tifhem dejjem l-għażliet ta’ bnedmin oħra. Trid ħafna ħin, speċjalment ma’ dawk li jagħmlu għażliet differenti. Tieqaf t...