9.7.15

KAROZZI MINISTERJALI - SPEJJEŻ




17154. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew u allura tħallsu spejjeż inkonnessjoni mal-kirjiet jew ix-xiri fis-sena 2014 tal-karozzi ministerjali tas-Segretarji Parlamentari? Jista’ jgħid jekk dawn jiġux maqsuma?

16/06/2015

ONOR. EDWARD SCICLUNA:  Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispiża ta’ kirjiet/xiri fl-2014 ta’ karozzi ministerjali tas-Segretarji Parlamentari ammontat għall-€48,992 li huma maqsuma kif ġej:
·               Xiri:        xejn
·               Kirjiet:    €48,992 (L-ispiża tinqasam bejn il-Ministeri kkonċernati)


Seduta  286
08/07/2015

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...