7.7.15

BIRŻEBBUĠA – GĦAR DALAM - VIŻITATURI





17144. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ħalsu biex daħlu jaraw Għar Dalam f’Birżebbuġa tul is-sena 2014 u jista’ jindika jekk kienx hemm żjarat minn tfal tal-iskola u jekk iva, kemm marru? Kemm kienu ż-żjarat minn skejjel primarji u kemm minn skejjel sekondarji?

16/06/2015

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li fl-2014 kien hemm 36,375 persuna li żaru Għar Dalam f’Birżebbuġa bi ħlas,kif inhu elenkat fir-Rapport Annwali 2014 ta’ Heritage Malta li jinsab fis-sit elettroniku ta’ Heritage Malta www.heritagemalta.org.

Matul l-istess sena kien hemm 46 żjara organizzata minn tfal tal-iskola. B’kollox attendew 1,211 student minn skejjel primarji u 311 oħra minn skejjel sekondarji.

Seduta  284
06/07/2015

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...