14.3.21

PERSUNI LI TALBU BIEX JIĠU ASSISTITI GĦAL RIPATRIJAZZJONI

13825. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni ta’ nazzjonalità differenti talbu sabiex jiġu assistiti biex jiġu ripatrijati tul ix-xahar ta’ Marzu u April 2020? Jista’ jindika dan nazzjonalità nazzjonalità?

 

20/04/2020

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn ix-xhur ta’ Marzu u April, tlett elef, tlett mija u tmienja w ħamsin (3358) persuna ta’ nazzjonalità differenti talbu sabiex jiġu assistiti biex jiġu ripatrijati permezz ta’ koordinament sħiħ bejn il-Ministeru u l-Ambaxxati Barranin f’Malta.

 

Peress li l-assistenza li ngħatat kienet tikkonsisti filli dawn il-persuni jittieħdu fl-ewwel ajruport ċentrali fl-Ewropa minn fejn imbagħad setgħu ikomplu bil-vjaġġ għad-destinazzjoni mixtieqa, il-Ministeru; anke minħabba provvedimenti marbuta mal-protezzjoni tad-data; ġabar biss dik l-informazzjoni relatata ma’ liema titjira minn Malta kull persuna għażlet li tieħu, u mhux għal-liema destinazzjoni finali jew ta’ liema nazzjonalità kienet il-persuna.

 

Seduta  325

04/05/2020

No comments:

ŻERA' T-TAMA

1. Trid tħares lejn l-istorja u tifhem. Tifhem li anki fl-iktar mumenti diffiċli u ikkumplikati, meta kollox jidher iswed faħam, hemm ...