31.3.21

FONDI EWROPEJ ALLOKATI - UŻU


 

14089. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm Fondi Ewropej li l-Ministeru tiegħu qiegħed jagħmel użu minnhom tul is-sena li għaddiet u x’inhuwa previst għal din is-sena? Jista’ jindika wkoll jekk il-programmi b’mod dettaljati hux ġejjin taħt is-sistema Schengen?

 

28/04/2020

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Matul l’2019, Malta ibbenefikat partikolarment minn għaxar Fondi Ewropej li huma: European Regional Development Fund, Cohesion Fund, European Social Fund, European Fisheries and Maritime Fund, Stimulating Private Sector Investment for economic growth (SME), Fund for European Aid to the most deprived (FEAD), EEA and Norway Grants, Asylum, Migration and Integration Fund, Internal Security Fund and European Agricultural Fund for Rural Development (EAFRD).

Il-fondi tal-Internal Security Fund u Asylum, Migration and Integration Fund ikopru proġetti li huma relatati wkoll mas-sistema Schengen.

In-nefqa għar-rimbors li saret lejn il-Kummisjoni Ewropeja fl-2019 tammonta għal madwar €135m, filwaqt li huwa stmat li għal din is-sena din tammonta għal madwar €149m.

 

Seduta  329

12/05/2020


No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...