20.3.21

XATT TAL-BIRGU – TNEĦĦIJA TA’ MATERJAL

19555. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 17990 u 18320, jista’ l-Ministru jgħid jekk marrux uffiċjali mill-Ministeru sabiex jaċċedu fuq il-post u jaraw jekk il-materjal li hemm fir-ritratti li qed jingħataw separatament effettivament tneħħa għax huwa ta' perikolu u ta’ ostaklu?

 

26/02/2021

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-uffiċjali tal-MITP fl-20 ta’ Jannar 2021 għamlu inspection fuq il-post msemmi, nikkonfermaw li ma jeżisti l-ebda materjal depositat jew restawr meħtieg, fiż-żona fdata lil dan il-Ministeru.

 

Seduta  436

08/03/2021

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...