19.3.21

NUQQAS TA’ BEJGĦ TAL-ĦALIB U ŻIEDA FIL-PREZZ TAL-ĠWIEŻ – GĦAJNUNA LIR-RAĦĦALA

 19882. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’inhuwa jsir għar-raħħala invista tan-nuqqas ta’ bejgħ tal-ħalib u żieda fil-prezz tal-ġwież?


09/03/2021


 ONOR. ANTON REFALO: L-Gvern baqa jagħmel monitoraġġ tas-sitwazzjoni f’kull settur biex fejn hemm konsegwenzi li huma parti mill-impatt tal-pandemija jkun f’pożizzjoni li jkompli jassistihom b’appoġġ finanziarju mmirat skond il-parametri tal-Qafas Temporanju għal miżuri ta' għajnuna mill-istat biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul it-tifqigħa preżenti tal-COVID-19, hekk kif diġa seħħ matul l-2020.


Apparti minn hekk, dan il- Ministeru li tiegħu jien responabbli, għandu numru ta’ inizjattivi żviluppati sabiex il-prodott tal-agro-industrija jiġi promoss fosthom il-Kampanja “Agħżel il-Bnin, Agħżel il-Frisk” li għandha l-għan li tippromwovi s-settur speċifikament, il-produzzjoni agrikola f’Malta u titnissel kultura biex il-konsumatur Malti jagħti tali priorità fl-għażliet tiegħu. Is-settur tal-baqar u l-ħalib kienu fost il-prodotti promossi.


Seduta  440 

15/03/2021


No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...