20.3.21

AIR MALTA – DESTINAZZJONI LEJN LOURDES U LURA

19556. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19358, jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-fatt ir-ristrutturazzjoni tat-titjiriet tal-linja nazzjonali l-Air Malta għal din is-sena, tinkludiex titjiriet chartered jew bl-iskeda għal Lourdes u lura, u jekk fl-affermattiv meta hu maħsub li dawn it-titjiriet isiru?

 

26/02/2021

 

  ONOR. CLYDE CARUANA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Air Malta qatt ma kellha titjiriet purament bi skeda għal Lourdes.

Kien hemm perjodu fejn kien hemm xi titjiriet li kienu ‘part charter’ u ‘part schedule’ (charter/schedule).

Bħalissa ma hemmx il-ħsieb li jkun hemm titjiriet lejn Lourdes la bi skeda u l-anqas b’charter.  Ma hux esklus li jkun hemm xi titjiriet jekk ikun hemm id-domanda jew jekk ic-cirkostanzi jippermettu.

 

Seduta  436

08/03/2021

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...