31.3.21

AMBAXXATURI TA’ PAJJIŻNA – PREŻENTAZZJONI TAL-KREDENZJALI

 14092. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm ambaxxaturi ta’ pajjiżna li kienu qed jistennew sabiex jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom sal-aħħar ta’ Marzu 2020 u jista’ jindika liema huma?

 

28/04/2020

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Infurmat li sal-aħħar ta’ Marzu 2020 kien hemm sittax (16) Ambaxxaturi li kienu qed jistennew sabiex jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom.

 

Ma’ dan l-ammont hemm ukoll inklużi dawk l-Ambaxxaturi li sal-aħħar ta’ Marzu kienu qegħdin wkoll jistennew li jinħarġilhom l-agrément. Barra minn hekk fil-każ tal-Brażil u tal-Oman, l-ammbaxxaturi diġa preżentaw l-copie d’usage tagħhom.

 

Dawn huma hekk kif ġej:

 

Brażil

Sur Pius Camilleri

Panama

Dr Michael Buhagiar

Arġentina

Sur Frank Galea

Ċili

Sur Frank Galea

Oman

Sur Paul Mifsud

Maċedonja ta’ Fuq

Sinjura Mary Scicluna

Estonja

Sur Michael Zammit Tabona

Portugal

Sur John Camilleri

Ġermanja

Sinjura Marlene Bonnici

Italja

Sur Carmel Vassallo

Emirati Għarab Magħquda

Sinjura Maria Camilleri Calleja

Iżrael

Sur Patrick Cole

Żvizzera

Dr Albert Friggieri

Liechtenstein

Dr Albert Friggieri

Djibouti

Sur Ronald Micallef

Indja

Sur Reuben Gauci

 

Seduta  330

13/05/2020

 

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...