19.3.21

RAĦAL ĠDID – PJAZZA DE PAULE – FUNTANI U SIĠAR

 

 

19981. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra għaliex il-funtani li ġew installati f’Pjazza De Paule Raħal il-Ġdid ma humiex jaħdmu kif ukoll jara jekk is-siġar u l-arbuxelli li hemm, jiġu kkurati aħjar milli huma?

 

12/03/2021

 

 ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi fil-preżent għaddejjin negozjati mal-kuntrattur tal-funtani sabiex jitkabbru r-reċipjenti ta’ taħt il-funtani sabiex ma jintilifx iktar ilma bir-riħ.  B’hekk il-funtani ikunu iktar ekoloġiċi.

Fir-rigward tas-siġar u arbuxelli, ninsab infurmat li ukoll għaddejjin diskussjonijiet mal-kuntrattur sabiex ix-xogħol isir b’iktar reqqa.

 

Seduta  441

16/03/2021

 

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...