19.3.21

PANDEMIJA – GĦAJNUNA LIL BARKLORI


19984. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba kienx hemm xi forma ta’ għajnuna lid-diversi barklori li jservu fil-portijiet tagħna tul dan il-perjodu ta’ pandemija?

 

12/03/2021

 

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant, li ninsab infurmat li l-barklori li jservu fil-portijiet ġew mgħejjuna u bbenefikaw mill-miżuri li introduċiet l-Awtorita’ bl-istess mod kif ġew mghejjuna u bbenefikaw dgħajjes kummerċjali oħra li joperaw f’dan is-settur kummerċjali marittimu bl-introduzzjoni ta’ miżuri li introduċiet l-Awtorita’ tat-Trasport fl-2020 fosthom l-estensjoni tal-validitia’ taċ-ċertifikati  u liċenzji, l-opportunita’ li operaturi li jiddikjaraw id-dgħajjes tagħhom bħal mhux operattivi jiġu eżentati milli jħallsu għaċ-ċertifikati u liċenzji għal dak il-perjodu mhux operattiv kif ukoll ġew annullati kull tip ta’ mizati addizzjonali fil-każ ta’ sottomissjonijiet tard ta’ applikazzjonijiet. 

 

L-Awtorita’ tat-Trasport qiegħda tikkunsidra aktar miżuri ta’ għajnuna lis-settur kummerċjali marittimu għal din is-sena.

 

Seduta  442

17/03/2021

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...