31.3.21

UFFIĊĊJU TAL-KUMMISSARJU GĦAR-REFUĠJATI - ĦADDIEMA

14079. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fl-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati jaħdmu sal-aħħar ta’ Marzu 2020 u jista’ jindika jekk dawn humiex ser jiġu miżjuda tul din is-sena invista tal-ammont qawwi ta’applikazzjonijiet li hemm pendenti?

 

28/04/2020

 

  ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninsab infurmat illi n-numru ta’ ħaddiema fl-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati li kienu qed jaħdmu sal-aħħar ta’ Marzu 2020 huwa ħamsa u għoxrin (25). Ninsab infurmat ukoll illi hemm il-pjan sabiex jiżdied in-numru ta’ ħaddiema fl-2020 u l-2021.

 

Seduta  328

11/05/2020

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...