31.3.21

GHANA U KOSTA TAL-AVORJU - ŻJARAT

14086. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar: Jista’ l-Ministru jindika jekk kemm-il darba ż-żjarat kummerċjali li kellhom isiru lejn il-Ghana u l-Kosta tal-Avorju f’Marzu ta’ din is-sena humiex ser isiru iktar ‘il quddiem u jekk iva meta? Kemm kien hemm expressions of interest minn kumpaniji għal dawn iż-żjarat?

 

28/04/2020

 

  ONOR. SILVIO SCHEMBRI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żjara kummerċjali fil-Ghana seħħet bejn it-2 u l-5 ta’ Marzu 2020. Din iż-żjara kienet immexxija mill-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar. TradeMalta ħarġet sejħa pubblika biex intrapriżi lokali jingħaqdu fuq din iż-żjara u rżeviet interess mingħand 19-il intrapriża. Minn dawn, 17-il intrapriża ngħaqdu ma TradeMalta għaż-żjara fil-Ghana. Ma dawn intrapriżi ngħaqdu wkoll uffiċjali gholja minn 4 entitajiet pubbliċi u governattivi.

 

‘Għal raġunijiet li TradeMalta ma kelliex kontroll fuqhom, iż-żjara lejn il-Kosta tal-Avorju ma seħħietx u għalissa ma hemmx pjan li din iż-żjara sseħħ fil-futur.

 

Seduta  329

12/05/2020

 

 

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...