14.3.21

PERSUNI LI ĠEW MILL-AWSTRALJA – ĦLAS TA’ ARRETRATI LI MA KIENUX IDDIKJARATI

13826. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji: Jista’ l-Ministru jindika kemm Maltin u Għawdxin li kienu jgħixu l-Awstralja u ġew lura, intalbu jħallsu arretrati ta’ taxxa fuq flus li allegatament ma kienx ġie dikjarat f’dawn l-aħħar tliet snin? Jista’ jindika wkoll kemm inġabar attwalment?

 20/04/2020

 ONOR. EDWARD SCICLUNA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 655 persuna li kienu jgħixu l-Awstralja u li ma ħallsux taxxa fuq flus li ma ddikjarawx. It-taxxa d-dikjarata kienet tammonta għal  €1,241,538.

 

Seduta  325

04/05/2020

 

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...