12.3.14

PQ 7890 : Affarijiet Barranin – Pubblikazzjonijiet.


*7890. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru pubblikazzjonijiet minn entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu tul is-sena li għaddiet, f’liema kwantitajiet, kemm ġew jiswew, għand min ġew stampati u lil min tqassmu?
13/02/2014


ONOR. GEORGE VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Seduta Numru 128 11/03/2014

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena li għaddiet ġew stampati:
- 2000 rivista mill-INIA li ġew jiswew totali ta’ €3591. Dawn ġew stampati għand VERITAS Press, Żabbar. Din ir-rivista bit-titlu: BOLD tiġi mqassma madwar nies professjonali, istituti u organizzazzjonijiet tar-riċerka ġewwa Malta kif ukoll barra minn Malta u internazzjonalment san-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet u aġenziji tagħha.
- 800 booklets mis-Segretarju Permanenti bit-titlu: Prinċipju Gwida li ġew jiswew totali ta’ €722.65 u ġew imqassma lill-Korp Diplomatiku, l-istaff tal-Ministeru u l-istaff ta’ l-Ambaxxati u l-medja. Dawn ġew stampati għand il-Government Printing Press.
- 1000 booklets kemomarattivi bit-titlu: ‘30th Anniversary from the United Nations Law of the Sea (UNCLOS)’ mid-Direttorat Global Issues li ġew jiswew totali ta’ €1125. Dawn ġew imqassma fi Frar 2013 kif jidher hawnhekk u ġew stampati għand il-Government Printing Press: 

No comments:

ITTRI MID-DEŻERT

1. Mhux faċli tifhem dejjem l-għażliet ta’ bnedmin oħra. Trid ħafna ħin, speċjalment ma’ dawk li jagħmlu għażliet differenti. Tieqaf t...