7.3.14

Il-Kap tal-Oppożizzjoni jipproponi emendi lill-Prim Ministru biex l-iskema taċ-ċittadinanza tkun tirrifletti l-ftehim ta’ residenza effettiva.



F'korrispondenza li ntbagħtet illum, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ippropona lill-Prim Ministru Joseph Muscat sett ta’ tlettax-il emenda lill-Avviż Legali li jirregola l-iskema taċ-ċittadinanza. 

Fost in-nuqqasijiet li qed jiġu indirizzati fil-proposta mressqa mill-Oppożizzjoni hemm il-ħtieġa li jiġi ċċarat li ħadd m’għandu jingħata ċ-ċittadinanza Maltija jekk ma jkunx għex Malta għal perjodu ta’ residenza effettiva ta’ mhux inqas minn tnax-il xahar.  

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qiegħed jitlob lill-Prim Ministru jikkunsidra dawn l-emendi u jressaq Avviż Legali emendat. 



--
Uffiċċju Informazzjoni

Partit Nazzjonalista


No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...