11.3.14

L-Oppożizzjoni se tivvota favur il-ħatra ta’ Marie-Louise Coleiro Preca bħala l-President ta’ Malta l-ġdid.



Il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista llum iddiskuta n-nomina ta’ Marie-Louise Coleiro Preca bħala l-President ta’ Malta l-ġdid.

Il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista se jivvota favur il-ħatra ta’ Marie-Louise Coleiro Preca fil-Parlament. 

Minkejja li l-Prim Ministru Muscat tilef opportunità unika biex ikompli mal-eżempju eċċellenti li bih intgħażel il-President George Abela ħames snin ilu, u minkejja l-fatt li l-Prim Ministru Muscat lanqas biss kellu d-diċenza li jwettaq konsultazzjoni matura dwar il-President ta’ Malta l-ġdid, il-Partit Nazzjonalista jiddikjara li se jkun qed jaħdem biex pajjiżna jingħaqad wara l-President il-ġdid. 

--
Uffiċċju Informazzjoni

Partit Nazzjonalista

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...