20.6.20

UNITED NATIONS ECONOMIC AND SOCIAL COUNCIL - ĦIDMA MINN PAJJIŻNA

 15111. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’ħidma saret minn pajjiżna tul dawn l-aħħar 16-il xahar fi ħdan il-United Nations Economic and Social Council (ECOSOC) fil-vesti tagħha ta’ membru tal-istess kunsill?

 

01/06/2020

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Infurmat li Malta bdiet isservi bħala Membru tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali fis-sena 2019 u qiegħda tkompli sservi dan l-irwol sal-aħħar tal-2020. Malta qiegħda tkompli tipparteċipa b’mod attiv fid-diskussjonijiet biex navvanzaw it-tliet dimensjonijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli – dawk ekonomiċi, soċjali u ambjentali. F’koordinazzjoni mal-Unjoni Ewropea u mal-Grupp tal-Ewropa tal-Punent u oħrajn, Malta tkompli tmexxi ‘l quddiem l-isforzi biex jinkisbu għanijiet miftiehma internazzjonalment dwar l-iżvilupp.

 

Fi ħdan il-Kunsill, Malta ipparteċipat f’bosta laqgħat – l-aktar waħda importanti hija l-High-Level Political Forum for Sustainable Development fejn il-Ministri tal-Affarijiet Barranin jiltaqgħu kull sena, f’Lulju fi New York, u jiddiskutu kwistjonijiet relatati mal-Għanjiet tal-Iżvilupp Sostenibbli u l-Aġenda 2030. Din il-laqgħa ministerjali hija ukoll opportunita’ biex il-pajjiżi jippreżentaw kif qegħdin jilħqu l-għanijiet tagħhom permezz tar-reviżjonijiet volontarji nazzjonali. Malta, b’rappreżentazzjoni ministerjali, ipparteċipat fil-laqgħat tal-2018 u 2019.

 

Bħala membri tal-Kunsill, il-ħidma mill-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għan-Nazzjonijiet Uniti ġewwa New York tkompli bla waqfien matul is-sena - permezz ta’ attendenza - fuq livell ta’ esperti - ta’ bosta laqgħat relatati mal-Kummissjonijiet Funzjonali u Korpi Esperti tal-ECOSOC:

 

1.            Kummissjoni tal-Istatistika

2.            Kummissjoni dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp

3.            Kummissjoni għall-Iżvilupp Soċjali

4.            Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa

5.            Kummissjoni dwar Drogi Narkotiċi

6.            Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità u l-Ġustizzja Kriminali

7.            Kummissjoni dwar ix-Xjenza u t-Teknoloġija għall-Iżvilupp

8.            Forum tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Foresti

9.            Kumitat għall-Politika tal-Iżvilupp

10.          Kumitat ta’ Esperti dwar l-Amministrazzjoni Pubblika

11.          Kumitat ta’ Esperti dwar Kooperazzjoni Internazzjonali f’Kwistjonijiet tat-Taxxa

12.          Kumitat għad-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali

13.          Forum Permanenti dwar Kwistjonijiet Indiġeni

 

Fi ħdan il-Kunsill, ir-Rappreżentanza Maltija tipparteċipa f’diskussjonijiet u f’negozjati ta’ risoluzzjonijiet relatati ma’ diversi kwistjonijiet, fosthom fuq l-Aġenda tal-Assemblea Ġenerali u l-ECOSOC, ir-Reviżjoni Quadriennali tal-Politika Komprensiva tal-Iżvilupp, il-Finanzjament għall-Iżvilupp, il-Laqgħa Umanitarja tal-ECOSOC, il-Laqgħa tal-Immaniġġjar tal-ECOSOC u l-Laqgħa tal-Kooperazzjoni fuq l-Iżvilupp tal-ECOSOC.

 

Seduta  340

08/06/2020

 


No comments:

ŻERA' T-TAMA

1. Trid tħares lejn l-istorja u tifhem. Tifhem li anki fl-iktar mumenti diffiċli u ikkumplikati, meta kollox jidher iswed faħam, hemm ...