11.6.20

HEI-PLADI ERASMUS + (2018-2020) U SIMASEED-ITALIA MALTA (2018-2020)


 

15116. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14257, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’riżultati ġew miksuba permezz tal-Hei-Pladi Erasmus + (2018-2020) kif ukoll dak ta’ SiMaSeed-Italia Malta (2018-2020) u jista’ jindika għaliex dak il-proġett ma baqax l-Argotti u għadda fid-Dipartiment tal-Bijoloġija?

 

01/06/2020

 

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li skont ir-rapport finali, Innovazzjoni f'Sħubiji strateġiċi Erasmus +, It-tieni studju tal-impatt dwar ‘Higher Education Innovation in Plant Diversity: flexible learning paths for emerging labour market’, referenza 2015-1-IT02-KA203-014874 li kien tmexxa mill-Università degli studi del Molise, il-proġett HEIPLADI żviluppa, ittestja u implimenta programm pilota ta' edukazzjoni għolja fuq diversi kwistjonijiet tal-bijodiversità tal-pjanti. HEIPLADI isegwi l-prijoritajiet tal-aġenda ta' modernizzazzjoni tal-UE 2011 biex jgħammar il-ġenerazzjonijiet iżgħar b'ħiliet trasversali għas-swieq tax-xogħol ġodda emerġenti, bħall-impjiegi ħodor relatati mal-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-ambjent. Ħames moduli ta' tagħlim elettroniku ġew implimentati, disponibbli u użati minn suġġetti differenti: studenti, edukaturi, laboratorji, erbarja, mużewijiet, banek tal-ġeroplasmi, ġonna botaniċi, parks naturali tal-mixtli nazzjonalment u internazzjonalment. Seba' attivitajiet ta' taħriġ għal żmien qasir ġew organizzati waqt il-proġett bħala xogħol fuq il-post u bil-għan li jiżviluppaw ħiliet, japprofondixxu l-għarfien dwar is-suġġetti tal-modulu tat-tagħlim elettroniku.  Dan il-progett wasal fit-tmiem tiegħu, waqt li dak tas-SiMaSeed ma baqax fi ħdan l-Argotti bi qbil mal-ex kuratur u koordinatur tal-proġett.

 

Seduta  341

09/06/2020


No comments:

ŻERA' T-TAMA

1. Trid tħares lejn l-istorja u tifhem. Tifhem li anki fl-iktar mumenti diffiċli u ikkumplikati, meta kollox jidher iswed faħam, hemm ...