27.6.20

MALTA – KUNTRATTI FFIRMATI



 

15315. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li ġew iffirmati minn pajjiżna bejn Jannar 2019 sal-aħħar ta’ Frar 2020?

 

04/06/2020

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ftehim li ġew ffirmati bejn Jannar 2019 sal-aħħar ta’ Frar 2020 huma:

Ftehim Bilaterali

 

Il-Ġermanja

Ftehim dwar Rappreżentazzjoni għall-Ħrug tal-Viżi li jirrifletti l-Priċipji tal-Kodiċi dwar il-Viżi.

22 ta’ Jannar 2019

Iżrael

Il-Pjan ta' Koperazzjoni fil-Qasam tas-Saħħa u x-Xjenzi Mediċi

29 ta’ Jannar 2019

Tuneżija

Il-Minuti Maqbula tal-Kummissjoni Konġunta

6 ta’ Frar 2019

Tuneżija

Il-Ftehim dwar Impjieg Temporanju

6 ta’ Frar 2019

Tuneżija

Il-Memorandum ta’ Ftehim dwar l-Iżvilupp tat-Tfulija Bikrija

6 ta’ Frar 2019

Tuneżija

Il-Protokoll ta’ Koperazzjoni fil-Qasam tal-Anzjani

6 ta’ Frar 2019

Tuneżija

Il-Programm ta’ Koperazzjoni Kulturali għas-snin 2019-2021

6 ta’ Frar 2019

Il-Kosovo

Tiġdid tal-Qafas ta’ Kooperazzjoni bejn il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Ta' Malta u l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Kosovo (2019-2022)

  6 ta’ Marzu 2019

 

Seduta  347

23/06/2020


No comments:

ŻERA' T-TAMA

1. Trid tħares lejn l-istorja u tifhem. Tifhem li anki fl-iktar mumenti diffiċli u ikkumplikati, meta kollox jidher iswed faħam, hemm ...