20.6.20

ATT DWAR IL-KUMMISSARJU GĦALL-ĠUSTIZZJA – PETIZZJONIJIET IMRESSQA

15129. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14259, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra, dejjem jekk hemm raġuni dipartimentali, għala mill-2017 sal-2019 kien hemm 40% inqas petizzjonijiet?

 

01/06/2020

 

  ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS:  Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda raġuni dipartimentali dwar dan. Naturalment, il-petizzjonijiet huma l-prerogattiva tal-persuna li tirċievi avviż ta’ kontravvenzjoni.

 

Seduta  343

15/06/2020


No comments:

ŻERA' T-TAMA

1. Trid tħares lejn l-istorja u tifhem. Tifhem li anki fl-iktar mumenti diffiċli u ikkumplikati, meta kollox jidher iswed faħam, hemm ...