11.6.20

ĦADDIEMA LI ĦADU L-EARLY RETIREMENT - XOGĦOL

 


 

13783. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: In vista tal-fatt ta’ ħaddiema li joħorġu minn fuq il-post tax-xogħol bl-'Early Retirement' skont skedi offruti minn kumpaniji privati qabel ma jilħqu l-età tal-pensjoni, u peress li ma jistgħux jaħdmu jew jagħmlu xogħol ekonomiku ddikjarat sakemm jilħqu l-età tal-pensjoni fis-sens persuna li tingħata l-early retirement ta' 58 sena u l-pensjoni tagħha hi ta' 61 sena, f'dawk it-tliet snin ma tistax tagħmel xogħol ieħor fil-frattemp, jista’ l-Ministru jgħid jekk jikkonsidrax li ssir xi emenda fil-liġijiet tax-xogħol biex persuni f'din is-sitwazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu b'xogħol part-time?

 

20/04/2020

 

ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant li, informazzjoni fir-rigward ta’ drittijiet li għandu jkollha persuna jekk tistax taħdem jew le qabel l-eta’ tal-irtirar, ma toħroġx mill-Att dwar is-Sigurtà Soċjali iżda mill-Att dwar Relazzjonijiet Industrijali u Xogħol.  L-Att dwar is-Sigurtá Soċjali jirregola biss iċ-ċrkostanza msemmija ta’ xi ħadd li jkun talab il-pensjoni tas-sigurtà soċjali fl-età ta’ 61 sena jew wara, sakemm jilħaq l-età tal-irtirar.

 

Seduta 322

28/04/2020

No comments:

ŻERA' T-TAMA

1. Trid tħares lejn l-istorja u tifhem. Tifhem li anki fl-iktar mumenti diffiċli u ikkumplikati, meta kollox jidher iswed faħam, hemm ...