11.6.20

QORTI EWROPEA - SENTENZA MOGĦTIJA FIL-KONFRONT TAL-POLONJA, UNGERIJA U R-REPUBBLIKA ĊEKA

 15118. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’pożizzjoni ttieħdet jew ser tittieħed minn pajjiżna wara s-sentenza mogħtija fit-2 ta’ April 2020 fil-każijiet C-715/17, C-718/17 u C719/17 fil-konfront tal-Polonja, Ungerija, u r-Repubblika Ċeka mill-Qorti Ewropea tal-Unjoni Ewropea?

 

01/06/2020

 

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li il-Gvern Malti ħa nota tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea mogħtija fit-2 ta’ April 2020 fil-kawża C-715/17, C-718/17 u C719/17, Il-Kummissjoni vs il-Polonja, l-Ungerija u r-Repubblika Ċeka. Filwaqt li jirrispetta dan il-ġudizzju, il-Gvern Malti qiegħed jistudja l-osservazzjonijiet  tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea, speċjalment l-impatt tiegħu fiċ-ċirkustanzi odjerni u l-bżonn ta’ solidarjetà fil-Mediterran.

 

Seduta  341

09/06/2020

 


No comments:

ŻERA' T-TAMA

1. Trid tħares lejn l-istorja u tifhem. Tifhem li anki fl-iktar mumenti diffiċli u ikkumplikati, meta kollox jidher iswed faħam, hemm ...