22.1.18

TALBIET GĦALL-BIDU TA’ PROĊEDURI TA’ SEPARAZZJONI PERMEZZ TA’ MEDJAZZJONI



 
 
3187. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru talbiet ghall-bidu ta’ proċeduri ta’ separazzjoni permezz tal-medjazzjoni fil-Qrati tagħna tul is-sena li għaddiet u jista’ jindika dan quddiem il-Qrati ta’ Malta u Għawdex?

03/01/2018

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li matul 2017 kien hemm 890 Ittra ppreżentati fil-Qorti Ċivili ta’ Malta (Sezzjoni tal-Familja) sabiex tinbeda l-proċedura ta’ separazzjoni personali.  Oltre dawn ġew ippreżentati 297 Nota fl-istess qorti imsemmija sabiex is-separazzjoni personali ssir bonarjament.
Fil-Qorti ta’ Għawdex kien hemm 40 ittra ppreżentati sabiex tinbeda l-proċedura ta’ separazzjoni personali. Oltre dawn ġew ippreżentati 16 Nota sabiex is-separazzjoni personali ssir bonarjament.

Seduta  69
16/01/2018

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...