18.1.18

QRATI - KODIĊI TA’ ORGANIZZAZZJONI U PROĊEDURA ĊIVILI – ITTRI UFFIĊJALI AI TERMINI TAS-SUB-ARTIKOLU(E) TAL-ARTIKOLU 253




3182. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati ittri uffiċjali ai termini tas-sub-artikolu(e) tal-Artikolu 253 (biex jiġu reżi eżegwibbli kambjali) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili fil-Qrati tagħna tul is-sena 2017 u jista’ jindika kemm minnhom ġew ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Maġistrati u kemm quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili f’Malta u f’Għawdex?

03/01/2018

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li fil-Qorti ta’ Malta ġew ippreżentati disa’ (9) ittri uffiċjaliai termini tas-sub-artikolu(e) tal-Artikolu 253 tal-Kap. 12 fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili matul l-2017.  Filwaqt li fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta) ġew ippreżentati tmienja u disgħin (98) ittra uffiċjali ai termini tal-istess artikolu.

Fil-Qorti ta’ Għawdex ġiet ippreżentata ittra waħda (1) fil-Ġurisdizzjoni Superjuri, filwaqt li fil-Qorti tal-Magistrati (Għawdex) ġew ippreżentati tlett (3) ittri uffiċjali.

Seduta  68
15/01/2018

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...