22.1.18

IŻ-ŻEJTUN – XIRI TA’ KOTBA ĠODDA





3195. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa ż-Żejtun tul is-sena 2017? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

03/01/2018

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika fiż-Żejtun tul is-sena 2017 inxtraw 208 ktieb ġdid filwaqt li 519-il ktieb ingħataw mill-Kunsill Lokali u 607 ġew mogħtija b’donazzjonijiet. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2017 ġew mislufa 24,306 kotba.

Seduta  70
17/01/2018

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...