22.1.18

QRATI - KODIĊI TA’ ORGANIZZAZZJONI U PROĊEDURA ĊIVILI – ITTRI UFFIĊJALI AI TERMINI TAS-SUB-ARTIKOLU(F) TAL-ARTIKOLU 253


 
3185. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati ittri uffiċjali ai termini tas-sub-artikolu (f) tal-Artikolu 253 (biex jiġu reżi eżegwibbli ftehim ta’ medjazzjoni) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili fil-Qrati tagħna tul is-sena 2017 u jista’ jindika kemm minnhom ġew preżentati quddiem il-Qorti tal-Maġistrati u kemm quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili f’Malta u f’Għawdex?

03/01/2018

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li fl-Qrati ta’ Malta u Għawdex tali ittri uffiċjali ma humiex hekk ikklassifikati fil-LECAM; jiġu reġistrati bħala ittri uffiċjali regolari. Għalhekk l-informazzjoni rikjesta mhix disponsibbli.

Seduta  69
16/01/2018

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...