26.1.18

GĦASSA TA’ RAĦAL ĠDID – RAPPORTI TA’ DELITTI


 
3198. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti fl-Għassa ta’ Raħal Ġdid tul is-sena 2017 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?

03/01/2018

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninsab infurmat li n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fil-lokalita ta’ Raħal Ġdid u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija tul is-sena 2017,  jammonta għal  ħames mija u sebgħa u għoxrin (527). Minn dan l-ammont, mitejn u ħamsa (205) kienu każijiet ta’ serq.

Seduta  71
22/01/2018

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...