22.1.18

MARSAXLOKK – XIRI TA’ KOTBA ĠODDA



 
 
3196. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa Marsaxlokk tul is-sena 2017? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

03/01/2018

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika f'Marsaxlokk tul is-sena 2017 inxtraw 228 ktieb ġdid filwaqt li 161 ktieb ingħataw mill-Kunsill Lokali u 419 ġew mogħtija b’donazzjonijiet. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2017 ġew mislufa 30,144 ktieb.

Seduta  70
17/01/2018

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...