18.5.15

WIED IL-GĦAJN, IŻ-ŻEJTUN U L-FGURA – PERSUNI JIRREĠISTRAW



15587. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm persuni residenti Wied Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel parti tar-Reġistru fl-aħħar ta’ Diċembru 2014? Jista’ jindika dan lokalità, lokalità u kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom ilhom jirreġistraw sena? Jista’ jindika wkoll kemm persuni minn dawn il-lokalitajiet tneħħew minn fuq ir-reġistru għax sabu xogħol, u kemm minnhom tneħħew għal raġunijiet oħra?

26/03/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fiż-żewġ tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Tabella 'A' turi n-numru taʾ persuni rreġistrati fuq l-ewwel parti tar-reġistru fl-aħħar ta’ Diċembru 2014 fil-lokalitajiet indikati fil-mistoqsija maqsum f’irġiel u nisa. Din it-tabella tagħti wkoll tagħrif dwar kemm kien hemm persuni li kienu qed jirreġistraw minn 12-il xahar sataħt is-sentejn f’dawn il-lokalitajiet.

Tabella 'B' tagħti tagħrif dwar kemm persuni minn dawn l-istess lokalitajiet waqfu jirreġistraw għax sabu xogħol ieħor u kemm għal raġunijiet oħra kif muri fit-tabella.

Seduta  262

12/05/2015

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...