18.5.15

WIED IL-GĦAJN – GĦASSA TAL-PULIZIJA – PERMESSI.



15655. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 10904, 10968, 13788, 14049 u 15389, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-container li qed jiġi preżentament użat bħala Għassa tal-Pulizija ta’ Wied il-Għajn, għandu permess tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sal-20 ta’ Mejju 2015 fil-Pjazza Dun Tarcisio u wara jrid jiġi mċaqlaq mill-ġdid?

27/03/2015

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li kif ġie spjegat fi tweġibiet oħra, l-għassa tal-Pulizija ta’ Wied il-Għajn għandha il-permessi legali neċessarji biex tqegħdet fil-post fejn tinsab illum.  Irid jingħad ukoll li qabel ma l-premessi jiskadu, qed isiru arrangamenti biex is-sitwazzjoni tiġi rregolarizzata skond il liġi biex ikun hemm awtorita billi permess għal din l-Ghassa ma jibqax temporanju.


Kif diġà thennejt fi tweġiba oħra fuq dan is-suġġet il-ħtieġa ta’ Għassa ġdida ġewwa Marsascala ilu snin twal jinħass u dan għal diversi raġunijet. Il-prokrastinazzjoni fi żmien il-Gvern Nazzjonalista  waslitna għas-sitwazzjoni li ninsabu fiha llum. Din l-amministrazzjoni qed tagħmel ħilitha sabiex filwaqt li tibqa` tagħti s-servizz meħtieġ, fl-istess waqt insibu post adegwat sabiex ikun hemm Għassa li taqdi l-bżonnijiet tal-lum

Seduta  263

13/05/2015

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...