7.5.15

INCOME TAX - RIFUŻJONIJIET.



15505. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ammonti ta’ flus li għandhom jiġu mħallsa lura f’rifużjonijiet fuq l-income tax sal-aħħar ta’ Frar 2015?

23/03/2015

  ONOR. EDWARD SCICLUNA:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-rifuzjonijiet fuq l-income tax sa l-aħħar ta’ Frar 2015 jammontaw € 20,758,912, filwaqt illi l-istess dipartiment sal-aħħar ta’ Diċembru 2014 kellu jiġbor €166,738,072 netti ara li wieħed jeskludi l-estimi ta’ dawk li ma jkunux ippreżentaw ir-return tat-taxxa.

Seduta  258

04/05/2015

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...