7.5.15

Il-Partit Nazzjonalista jappella għal attenzjoni personalizzata lil tfal li jirritornaw l-iskola wara żmien twil ta' assenteiżmu.



Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jinnota b'sodisfazzjon li ġie rregistrat tnaqqis fl-assenteiżmu fl-iskejjel tal-istat, il-Partit Nazzjonalista jinsisti li din l-isfida ma tistax tibqa' tiġi ndirizzata biss mill-aspett tan-numri, iżda trid tibda' tiġi ndirizzata mill-aspett tal-kwalita' tal-edukazzjoni. Dan anke fid-dawl tal-pożizzjoni li ħadet l-Union tal-Għalliema fil-jiem li għaddew.

Studenti jkunu ta' suċċess mhux biss għax il-ġenituri jkunu ngħataw il-flus biex jibgħatuhom l-iskola, imma għax jingħataw mezzi u servizzi li jsaħħu l-proċess edukattiv. Il-Partit Nazzjonalista jinnota l-kritika li għamlet l-MUT dwar il-fatt li l-Gvern ma għamilx il-preparazzjoni meħtiega biex tfal li rari jmorru skola jkunu jistgħu jintegraw ma' studenti oħra.

Il-Partit Nazzjonalista jinsisti li l-Gvern isaħħaħ ir-riżorsi li hemm bzonn fil-klassijiet u l-iskejjel biex tkun indirizzata b'mod dirett l-isfida tal-assenteiżmu, speċjalment riżorsi umani ta' għajnuna professjonali li jiġu bżonn it-tfal, bħal social workers, counsellors u psychologists.

Il-proposta li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista hi li jitwaqqaf programm personalizzat għal tfal li jirritornaw l-iskola wara snin twal ta' assenteiżmu. Dawn it-tfal, li sfortunatament ħafna minnhom jkunu laħqu rawmu attitudnijiet u aġir mhux xieraq fiż-żmien ta' assenteiżmu, jkollhom bzonn attenzjoni individwali, u mhux lakemm jirritornaw fuq il-bank tal-iskola ma' studenti oħrajn.

Din il-policy l-ġdida għandha tkun akkumpanjata b'investiment f'personnel biex ikun jista' jsir monitoring fuq dawn it-tfal.

George Pullicino
Kelliem tal-Edukazzjoni Obbligatorja

07.05.2015


No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...