7.5.15

Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina fir-Renju Unit jsegwi l-proċess elettorali tal-elezzjoni ġenerali



Hekk kif illum qed issir l-elezzjoni ġenerali fir-Renju Unit, bħalissa, d-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina jinsab fir-Renju Unit biex isegwi l-proċess elettorali. Toni Bezzina ilu r-Renju Unit għal dawn l-aħħar jiem wara li ġie magħżul biex jieħu sehem f’missjoni ta’ osservaturi waqt il-proċess elettorali fir-Renju Unit. Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina ġie magħżul bħala l-Kap tad-Delegazzjoni ta’ Osservaturi tal-Commonwealth Parliamentary Association, u hu responsabbli mill-kostitwenza ta’ Wirril West.

Ir-rwol ta’ Toni Bezzina hu li josserva dak kollu li jkun qed jiġri u jħejji rapport b’numru ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni Elettorali. Dan ir-rapport mistenni li jiġi preżentat sa għada.

Fil-ħidma tiegħu fir-Renju Unit, id-Deputat Nazzjonalista kellu diversi laqgħat, kemm ma’ kandidati għall-elezzjoni ġenerali, intervisti mal-mezzi tax-xandir, kif ukoll rappreżentanti mal-unions u l-korpi kostitwiti fil-pajjiż.


07.05.15



No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...