26.5.15

PROPRJETÀ IMMOBBLI – RIKORS GĦALL-BEJGĦ IN SUBBASTA.



16277. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati rikorsi għall-bejgħ in subbasta ta’ proprjetà immobbli fis-snin 2013 u 2014 quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili? Jista’ jgħid kemm minnhom ġew magħluqa u kemm għadhom pendenti?

19/05/2015

  ONOR. OWEN BONNICI:  In-numri ta’ rikorsi għall-bejgħ in subbasta ta’ proprjetà immobbli fis-snin 2013 u 2014 quddiem il-Prim’Awla, Qorti ta’ Malta huwa kif muri hawn taħt.  Qed jingħata wkoll it-tagħrif mitlub dwar kemm minnhom ġew magħluqa u kemm għadhom pendenti.

Subbasti Immobbli

2013                                       2014

Preżentati              103                                         85
Magħluqa             38                                           18
Pendenti                                65                                           67
In-numri ta’ rikorsi għall-bejgħ in subbasta ta’ proprjetà immobbli fis-snin 2013 u 2014 quddiem il-Qorti ta’ Għawdex huwa kif muri hawn taħt.  Qed jingħata wkoll it-tagħrif mitlub dwar kemm minnhom ġew magħluqa u kemm għadhom pendenti.
Subbasti Immobbli

2013                                       2014

Preżentati              18                                           18
Magħluqa             12                                           7
Pendenti                                6                                              11

Seduta  267

25/05/2015

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...