26.5.15

ATT DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-INFORMATUR.



16273. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9400, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-konsultazzjonijiet u l-konstatazzjonijiet meħtieġa dwar l-impatt tad-dħul tas-subartikolu (3) tal-artikolu 2 tal-Kapitlu 527 tal-Liġijiet ta’ Malta, Att dwar il-Protezzjoni tal-Informatur, sarux u jekk iva, meta se jidħlu fis-seħħ?

19/05/2015

  ONOR. OWEN BONNICI:  Is-subartikolu ċitat mill-Onor. Interpellant jipprovdi għal eskluzjoni tal-applikazzjoni tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informatur għal ċerti setturi salv jekk dik id-deroga tiġi limitata jew imneħħijja b’regolamenti li jirrigwardaw dawk is-setturi partikolari tal-amministrazzjoni. Dan ma jfissirx li d-deroga bilfors trid titneħħa iżda li dan jista’ jsir jekk ikun hemm lok. Għalhekk wieħed għad irid jezamina l-andament ta’ din il-liġi u jara jekk jkunx il-każ illi l-applikazzjoni tagħha tiġi estiża.  

Seduta  267
25/05/2015


No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...