18.5.15

IMMIGRANTI IRREGOLARI RIPATRIJATI.



15652. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ripatrijati lura volontarjament jew le, persuni, immigranti rregolari li ma għandhomx status f’pajjiżna?

27/03/2015

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fis-sena 2013 ġew ripatrijati wieħed u sebgħin (71) persuna, filwaqt li fis-sena 2014 ġew ripatrijati tmienja u disgħin (98) persuna minn pajjiżi terzi.  L-ebda wieħed minn dawn il-persuni ta’ pajjiżi terzi ma kellhom xi status f’pajjiżna u dan l-ammont ma jinkludix dawn li ġew ripatrijati voluntarjament.

Seduta  263
13/05/2015


No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...