18.5.15

IL-MUŻEW MARITTIMU



15584. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm kien hemm persuni li żaru l-Mużew Marittimu tal-Birgu fis-snin 2013 u 2014?

25/03/2015

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li fl-2013 marru 29,348 viżitatur il-Mużew Marittimu, filwaqt li fl-2014 in-numru ta’ viżitaturi kien ta’ 26,562.

Madanakollu, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minkejja li kien hemm tnaqqis fin-numru ta’ viżitaturi f’dan is-sit partikolari, meta wieħed jikkunsidra s-siti kollha li huma miftuħa għall-pubbliku, is-sena 2014 kienet waħda rekord għall-Heritage Malta

Seduta  262

12/05/2015

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...