7.5.15

ĦAL TARXIEN – ŻEJTUN ROAD, MAIN STREET U TRIQ IL-KBIRA – RAPPORTI TA’ ĠRIEDEN


 15571. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jara li l-ispetturi tas-saħħa jmorru ġewwa Żejtun Road, Main Street u Triq il-Kbira ġewwa Ħal Tarxien billi hemm rapporti varji ta’ ġrieden kbar li huma ta’ periklu għas-saħħa tar-residenti speċjalment għall-anzjani u t-tfal?

25/03/2015

  ONOR. KONRAD MIZZI:  Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ma rċieva l-ebda rapporti riċenti dwar infestazzjoni ta’ ġrieden fit-toroq indikati, fil-fatt l-aħħar ilmenti reġistrati ma’ dan id-Direttorat dwar dawn it-toroq huma ddatati Jannar u Awwissu tas-sena 2013.

Fis-16 t’April, 2015, Uffiċjali għas-Saħħa Ambjentali għamlu spezzjoni fit-toroq indikati u ma sabu l-ebda akkumuli ta’ żibel jew ta’ xi drenaġġi miftuħin li jistgħu jipprovdu kenn għall-ġrieden.  Uffiċċjali mill-Pest Control Unit fi ħdan l-istess Direttorat għamlu wkoll spezzjoni fl-istess toroq iżda trattament għal kontra l-ġrieden ma setgħax isir peress li l-manholes tal-main tad-drenaġġ fit-toroq indikati huma mgħottija bit-tarmak.

Seduta  260
06/05/2015


No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...