7.3.24

ŻEJTUN - KAPPELLA TA’ SAN KLEMENT - XOGĦLIJIET TA’ RESTAWR

16572. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12950 dwar in-nefqa fuq ix-xogħlijiet fuq il-Kappella ta’ San Klement fiż-Żejtun, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa komplessivament u jekk il-Kapella hijiex miftuħa għall-pubbliku?

 

20/02/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat illi r-restawr fuq l-istruttura esterna tal-knisja ta’ San Klement ġie esti¿ għall-faċċata ta’ wara tal-knisja, li tħares fuq propjetà ta’ terzi, u għalhekk tali restawr għadu għaddej. 

 

Intant infurmat illi n-nefqa totali tal-proġett tammonta għal ċirca €70,000 u dan peress li x-xogħol sar mill-ħaddiema tad-Dipartiment tar-Restawru Preservazzjoni.

 

Finalment infurmat li fil-preżent il-Kappella mhux miftuħa għall-pubbliku sakemm ix-xogħlijiet għadhom għaddejjin.

 

Seduta  216

05/03/2024

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...