7.3.24

KALKARA - TRIQ SAN LEONARDU - XOGĦLIJIET

16575. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet reġgħu qed isiru fi Triq San Leonardu fil-Kalkara u meta hemm il-ħsieb li jkunu konklużi billi qed jikkaġunaw diffikultà u inkonvenjenza?

 

20/02/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq San Leonardu, il-Kalkara jinkludu tibdil tas-servizz tal-ilma, tqegħid ta’ cables ġodda biex isaħħu d-distribuzzjoni tal-enerġija, bini ta’ bankini ġodda u konstruzzjoni mill-ġdid tat-triq. Ix-xogħlijiet mistennija jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin.

 

Seduta  217

06/03/2024

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...