7.3.24

ĦAL TARXIEN - SIĠAR TAŻ-ŻEBBUĠ

16568. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15618 rigward siġar taż-żebbuġ li jinsabu f’żoni pubbliċi f’Ħal Tarxien jista’ l-Ministru jgħid jekk inżabrux jew le?

 

20/02/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li s-siġar taż-żebbuġ f’żoni pubbliċi f’Ħal Tarxien huma ħafna u l-istess Kunsill jara li jiżbor kull siġra li hemm fil-lokal skont l-istaġun u anki skond il-ħtieġa. Infurmat ukoll li hemm xi siġar li għad ma nżabrux minħabba l-post sensittiv fejn jinsabu li jirrikjedi permessi partikolari.


Seduta  215

04/03/2024

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...