13.3.24

RAĦAL ĠDID – TRIQ U ŻONA TA’ SANTA UBALDESCA - RAPPORTI TA’ RWEJJAĦ

16614. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm rapporti persistenti ta’ intejjen fit-triq u ż-żona relattiva ta’ Santa Ubaldesca, f’Raħal Ġdid billi l-ġirien qegħdin ibatu ħafna?

 

22/02/2024

 

ONOR. JO ETIENNE ABELA:  Ninsab infurmat li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ma irċievha l-ebda ilment relatat ma’ irwejjaħ fit-Triq Sant Ubaldesca Raħal Ġdid u fit-toroq tal-madwar matul is-sena 2023 sal-llum. Minn wara li saret din il-mistoqija parlamentari, uffiċjali minn dan id-Direttorat spezzjonaw din t-triq u t-toroq tal-madwar f’diversi ġranet u f’ħinijiet differenti iżda fl-ebda ħin ma’ ġiet nnutata xi forma ta’ riħa. Matul l-investigazzjoni l-uffiċjali staqsew ukoll lil numru ta’ residenti u kollha qalu li qatt ma xammew xejn. Saru spezzjonijiet ukoll fil-fond fejn jarma l-monti u ma ġiex innutat li kien hemm irwejjaħ. Fit-triq ta’ Sant Ubaldesca lanqas hemm kalvert tal-ilma tax-xita allura ġiet eleminata l-possibilta` li dawn il-kalverts tal-ilma tax-xita jistgħu irejħu.

 

Seduta  218

11/03/2024

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...