7.3.24

MALTA U GĦAWDEX – SIĠAR TAŻ-ŻEBBUĠ

16574. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu u ser jiġu meħuda regolarment mill-Ministeru fil-konfront tas-siġar taż-żebbuġ li hawn fil-gżejjer tagħna u x’inizjattivi qed jittieħdu f’dan ir-rigward?

 

20/02/2024

 

ONOR. ANTON REFALO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa mit-twaqqif tal-Koperattiva taż-Żebbuġ, dan il-Ministeru iffirma MoU mal-Koperattiva u waqqaf task force apposta sabiex ikun jista’ jappoġġja lis-settur aktar mill-qrib. Fil-fatt id-Direttorat għall-Agrikoltura ilhu għal dawn l-aħħar snin jorganizza taħriġ speċjalizzat fuq iż-żabra taż-żebbuġ, kif ukoll fuq il-mard li jaħkmu. Is-sena li għaddiet ġew ukoll ippubblikati l-linji gwida dwar kif tidentifika u tikkontrolla l-mard taż-żebbuġ.

 

Ta’ min isemmi wkoll li dan l-istess Direttorat ikkollabora mal-Università ta’ Malta fejn ġew identifikati numru ta’ speċi tas-siġar taż-żebbuġ li huma uniċi u nbeda x-xogħol sabiex din il-kollezjoni tinġabar u titħawwel ġewwa l-AgriHub. B’dan il-mod, ikun jista’ jiskatta l-programm ta’ konservazzjoni ta’ dawn is-siġar li jkun jista’ jwassal ukoll għar-reġistrazzjoni ta’ varjetajiet ġodda.

 

Mill-aspett regolatorju, id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti, permezz tal-Pest Survey Programme, jagħmel moniteraġġ iffukat fuq il-vectors tal-Xylella fastidiosa. Apparti minn dan, id-Direttorat għall-Agrikoltura jżomm reġistru tas-siġar taż-żebbuġ.

 

Seduta  216 

05/03/2024

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...