15.3.20

IL-FGURA – TRIQ MATER BONI CONSGILI U TRIQ KENT - ART




13106. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar: Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Awtorità dwar l-Ambjent fir-rigward l-art li tinsab il-Fgura bejn Triq Mater Boni Consigli u Triq Kent?

25/02/2020

  ONOR. AARON FARRUGIA:  Peress lill-Onor. Interpellant ma tax id-dettalji relattivi għan-numru tal-applikazzjoni ġie preżunt li kien qed jirreferi għall-PA 783/20. Infurmat li l-ERA ġiet ikkonsultata mill-Awtorità tal-Ippjanar fil-proċess tal-applikazzjoni għal permess u bħalissa qed tanalizza l-każ. Fi kwalunkwe każ bħala regolatur l-ERA ser tissottometti l-pożizzjoni tagħha lill-Awtorità tal-Ippjanar fiż-żmien stipulat.

Seduta  304
03/03/2020

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...