16.3.20

ĦAL TARXIEN – TRIQ ANNUNZJATA U TRIQ IS-SORIJIET - TIBDIL FIT-TABELLI

 13378. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13110 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jiġu introdotti miżuri inkluż tibdil fit-tabelli sabiex jiġi mitigat is-sofferenza u l-perikolu li għaddejjin minnu r-residenti ta’ Triq Annunzjata u Triq is-Sorijiet Ħal Tarxien invista tal-volum eċċessiv ta’ traffiku li qiegħed jgħaddi preżentement?

09/03/2020

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li se jittieħdu passi f’dan ir-rigward u se tkun qed titwaħħal tabella biex ma jkunx jista’ jsir tidwir fuq il-lemin (no turning right).

Seduta  310
16/03/2020

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...