16.3.20

ĦAL TARXIEN - TRIQ L-ISQAJJAQ - DAWL U SLEEPING POLICEMAN




13377. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jara li Triq l-Isqajjaq Ħal Tarxien fejn hemm zebra crossing tiġi mixgħula filgħaxija billi l-istess triq tara użu minn diversi tfal, kif ukoll jiġi introdott sleeping policeman biex jikkalma t-traffiku?

09/03/2020

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li jikkonferma li fi Triq l-Isqajjaq hemm zebra crossing u għadha ma ġietx mixgħula u għadha ma saritx sleeping policeman peress li ser tinqala’ t-triq.

Wara li jsir ix-xogħol meħtieġ,ż-zebra crossing se tiġi mixgħula kif ukoll issir is-sleeping policemen.

Seduta  310
16/03/2020

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...