14.3.20

DISKUSSJONIJIET MAL-ITALJA DWAR IL-CORONAVIRUS




13370. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista' l-Ministru jindika jekk ittieħdux miżuri konġunti jew ġewx diskussi dawn fid-dawl tat-tixrid tal-marda Coronavirus mal-pajjiż ġar tagħna l-Italja?

09/03/2020

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej qiegħed isegwi l-iżviluppi li qed iseħħu fl-Italja fid-dawl tat-tixrid tal-Coronavirus u qed jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex Maltin li jinsabu fil-pajjiż ikunu gwidati kif għandhom jiġu lura. Barra minn hekk il-Ministeru qiegħed jaġġorna l-Pariri dwar Vjaġġar tiegħu b’mod regolari biex il-pubbliku jkun informat bl-aħħar żviluppi li qed iseħħu b’rabta mal-virus fil-pajjiż. Il-Ministeru qiegħed ukoll f’kommunikazzjoni mal-Ambaxxata Taljana f’Malta dwar l-iżviluppi.
Dawn l-arranġamenti qed jiġu aġġornati minn ħin għal ħin.

Seduta  309
12/03/2020

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...