22.2.20

KONSOLAT TA’ MALTA FL-ALĠERIJA - ĦIDMA



12450. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Konsolat ta’ Malta ġewwa l-Alġerija tul is-sena li għaddiet?

17/01/2020

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li, minkejja s-sitwazzjoni predominanti fir-reġjun u l-protesti interni, l-Konsulat ta’ Malta fl-Alġerija ħadem bla waqfien sabiex ir-relazzjonijiet kulturali, kummerċjali u bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi jkomplu jitjiebu f’għadd ta’ oqsma possibbli.

Għaldaqstant, kienu bosta l-inizjattivi tal-Konsolat li ħadet f’ din l-aħħar sena sabiex tgħolli l-profil ta’ Malta fil-Alġerija f’oqsma differenti:

-              Konsolari;
-              Kooperazzjoni Ewropea
-              Promozzjoni ta’ Malta fil-qasam tal-kummerċ u negozju;
-              Kultura

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dwar il-ħidma tal-Konsolat matul is-sena li għaddiet.

Seduta  296
05/02/2020

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...